Pjan strateġiku

Malta's flagGreat Britian's flag

 

Pjan Strateġiku 2020-2025  

Bħala istituzzjoni dinamika ta’ edukazzjoni terzjarja, l-Università ta’ Malta żviluppat strateġija li se twitti triqitha għas-snin li ġejjin.

Il-Pjan Strateġiku 2020-2025 jestabilixxi l-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Università, il-fakultajiet, id-dipartimenti, iċ-ċentri, l-istituzzjonijiet u l-iskejjel tagħha.  Il-pjan approvat mis-Senat fit-30 ta’ Mejju 2019 u mill-Kunsill fil-21 ta’ Ġunju 2019, jirrifletti l-istadju dejjem jevolvi tal-edukazzjoni ogħla, is-soċjetà, l-industrija u l-ekonomija. Huwa jiffoka fuq l-esperjenza tal-istudenti, ir-riżorsi, il-kontribuzzjoni tal-komunità akkademika u l-impatt tal-Università fuq il-pajjiż kif ukoll l-għarfien iżjed wiesa’ tal-komunità Universitarja u s-sħab soċjali. 

Matul is-sena akkademika 2018-2019 il-komunità Universitarja magħmula minn 15,000 student u persuna tal-istaff, kif ukoll partijiet interessati esterni, ġew mistiedna sabiex jipparteċipaw b’mod attiv fil-proċess tal-ippjanar strateġiku permezz ta’ konferenzi strateġiċi, gruppi ta’ ħidma, kumitati konsultattivi u stħarriġ. 

Il-Pjan Strateġiku se jkun megħjun minn pjan ta’ implimentazzjoni komprensiv ippresedut mir-Rettur. Il-partijiet interessati interni u esterni tal-Università se jibqgħu importanti għall-implimentazzjoni tal-pjan.

Sommarju

Impenji Strateġiċi

L-Istrateġiji Ewlenin

I.     It-Tagħlim u l-Istruzzjoni

II.    Ir-Riċerka u t-Trasferiment tal-Għarfien

III.   L-Impatt u l-Fatturi Soċjali

IV.   L-Impatt fuq l-Intrapriża u l-Industrija

V.    L-Impatt Nazzjonali

VI.   Il-Viżjoni Internazzjonali

VII.  Is-Sostenibbiltà

VIII. Is-Servizzi u s-Sapport Amministrattiv

 


https://www.um.edu.mt/about/pjanstrategiku/